Justice for John Zammit and freedom of speech  Malta

 

Start

CV

Maltese

Politics

LibDems

Photos

Videos

Contact

Events recent

Events past

Links

 

IVVOTA LIBERALI

TWAQQIF TA' L-ALLEANZA LIBERALI
minn Dr. John Zammit

Forsi mhux kulħadd jaf li f'Malta hawn partit ġdid liberali bl-isem ta' Alleanza Liberal-Demokratika Malta, bejn għax għad ilu mwaqqaf minn Novembru 2006 u bejn għax għadu qed jirriorganizza l-uffiċċju u l-istruttura tal-partit iżda l-aktar għax kemm ilu mwaqqaf dejjem sab bojkott kontra tiegħu mill-medja Maltija tant li l-attivitajiet li organizza jew kull meta bgħat xi stqarrija għall-medja ma gabu xejn u ghalhekk ghal hafna dan lanqas biss jeżisti.


Tgħidu imma xi skop hemm li l-medja Maltija tagħmel dan. Kull min qed jara kif qed tiżvolġi s-sitwazzjoni politika l-iktar bir-riżultat ta' l-aħħar elezzjoni ġenerali tat-8 ta' Marzu 2008, induna li l-partiti l-kbar tilfu l-maġġoranza ta' 50% + 1 vot. U din għalihom hija traġedja għax kif issa ndunaw li bil-partiti ż-żgħar avolja dawn ta' l-aħħar ma tellgħux membru parlamentari, iżda xorta hadu d-daqqa li ma kienux qed jistennew għax issa t-tnejn l-MLPN b'ta' l-aħħar li beda jsejjah lilu nnifsu GONZIPN jinsabu mdendlin b'1,500 vot u biex jaqa' l-gvern ta' GONZIPN ma jrid xejn.

L-istess ġara fl-elezzjoni tal-Parlament Ewropew ta' Ġunju 2004, il-partiti l-kbar l-MLP u l-PN ma ġabux il-50% u anzi bis-saħħa tal-voti li ġabu l-Alternattiva Demokratika, li allura għal ftit ma' tellgħux siġġu fil-Parlament Ewropew, komplew taw daqqa taħt żaqq  il-partiti l-kbar  li sa anke ġabu  riżultat kontra li xtaqu tal-PN jiġifieri ta' żewġ membri parlamentari Ewropej għall-PN u tlieta ghall-MLP meta kienu tal-PN li qalu li daħħlu lil Malta fl-Unjoni Ewropeja (avolja jien ngħid li bis-saħħa ta' Dom Mintoff li dħalna għax waqqa' l-Gvern ta'  Alfred Sant għax kieku  "bye bye EU".

Allura aħna ta' l-Alleanza Liberali issa t-tama tagħna hija li l-poplu Malti peress li dħalna fl-Unjoni Ewropeja jibda jitgħallem li fil-Parlament Ewropew mhux sħab tal-PN l-EPP u tal-MLP il-PES biss hemm iżda hemm diversita' akbar bħal Liberali li aħna nirrappreżentawhom f'Malta u kien ġie l-leader tagħhom Graham Watson jiltaqa' miegħi u l-kumitat tagħna l-ALDM. Issa l-Liberali fl-Ewropa għandhom 104 membru parlamentari u allura kemm ta' l-EPP (sħab il-PN) u kemm is-Soċjalisti (sħab l-MLP) biex jgħaddu xi liġi mill-Parlament Ewropew bilfors iridu l-voti tal-Liberali, inkella għalxejn. Jerġa' tal-Greens (sħab l-Alternattiva li għandhom mal-50 MEP) ġeneralment jivvotaw mal-Liberali u s-Soċjalisti u allura sħab tal-PN generalment ma tgħaddix tagħhom.

Issa ma' dawn hemm tal-lemin estrem (il-faxxisti - din mhix kelma pastaza izda kelma ta' sistema politika u m'ghandniex ghalfejn naghmlu libelli jekk insemmuha jew nikkundannawhom ghax din hija sistema li tezisti fil-parlament Ewropew), hemm il-Komunisti, hemm ix-xettiċi u b'kollox seba' gruppi. Il-poplu Malti għalhekk għandu bżonn li jitgħallem bid-diversita' u t-tipi differenti ta' gruppi politiċi li jeżistu fl-Unjoni Ewropeja u jitgħallem jivvota differenti. Hekk per eżempju aħna l-Maltin ngħidu biex ma nħallux il-bajd kollu f'qoffa waħda biex jekk jiġri xi ħaġa ma nitilfux kollox, iżda aħna nżidu wkoll li jekk il-Maltin u l-Għawdxin iridu veru jġibu u jakkwistaw dak kollu li huwa mportanti għall-pajjiżna fl-elezzjoni tas-6 ta' Gunju li gej għhandhom jaraw li s-sitt siġġijiet li se jkunu allokati ghal Malta jitqassmu għall-inqas f'erba' gruppi, jiġifieri 2 fl-EPP shab il-PN, 2 fil-PES, sħab l-MLP, wieħed fil-Liberali, sħabna ta' l-Alleanza Liberal-Demokratika u ieħor fil-Greens, sħab ta' l-Alternattiva Demokratika. B'hekk inkunu nistgħu nagħmlu lobbying fl-akbar erba' gruppi tal-Parlament Ewropew biex dawn jappoġġjaw lill-pajjiżna. Barra minn hekk nahsbu biex intellghu almenu tnejn membri parlamentari nisa Maltin minn fost is-sitta. Issa naf li s-sitt wiehed ghadu mhux ikkonfermat minhabba li jonqos ir-ratifikar tal-Ftehim ta' Lisbona mill-Irlanda, izda nistghu fl-elezzjoni nivvotaw biex intellghu sitta fuq kwota ta' sitt siggijiet mill-ewwel u dak li jigi s-sitt wiehed jiehu postu malli l-Irlanda tirratifika t-trattat u b'hekk ma nergghux naghmlu elezzjoni ohra.

Għal dawk interessati jkunu jafu aktar dwar l-Alleanza Liberal-Demokratika Malta jistgħu jew jidħlu fil-website: www.malta-liberals.org , www.freewebs.com/liberalalliance, jew jibgħatu e-mail lil: jpzammit@di-ve.com jew mensra@maltanet.net jew iċemplu: 21690365, 99459714, 99449157, 79056852 jew jirrikorru 60A, Triq id-Dejqa, (kantuniera ma' Triq it-Teatru) Valletta VLT 1436 kull nhar ta' Sibt mill-10.00 a.m. 'il quddiem. Ġranet oħra l-uffiċċju jiftaħ skond l-esigenzi, speċjalment bl-appuntament peress li qed isiru l-preparamenti għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew u allura l-kandidat tagħna jkun jew qed jagħmel door to door jew inkella jiltaqa' mal-kostitwenti kemm fl-istess uffiċċju jew postijiet oħra.